It-titjib tal-miżuri u il-metodi mittiehda kontra l-impatti tażieda qawwija tal-bram. Proġett iffinanzjat mill- ENPI-CBC MED

Installati xbieki ta' kontra il-bram f'diversi bajjiet fil-Baħar Mediterran

F'dawn l-aħħar xhur, numru ta' bajjiet fil-Baħar Mediterran raw l-introduzzjoni ta' l-ewwel prototipi ta' xbieki kontra il-bram. L-għan ta' dawn ix-xbieki huwa li jipproteġi għawwiema mill-Mauve Stinger (Pelagia noctiluca) billi jaġixxu ta' ostakolu għall-bram. Matul dawn ix-xhur, ix-xbieki se jiġu ttestjati għall-effikaċja u l-impatt ambjentali tagħhom. L-għan huwa li jigi miktub rapport li fil-futur jintuza biex jassisti d-deċiżjonijiet li se jkunu qeghdin jigu mittieħda fir-rigward tal-immaniġġjar dejjem aħjar tal-kosta.

Dawn ix-xbieki ġew installati fil-gżejjer ta' Aolian (Lipari, l-Italja), fil - Gżira ta' Favignana (Sqallija, l-Italja), fil-Bajja ta' Guitcia (Lampedusa), Cala Vadella (Ibiza, Spanja) u Pretty Bay (Birżebbuġa, Malta). Din tal-aħħar kienet installata għall-ewwel darba, bl-appoġġ tal-Ministeri tat-turiżmu u t-trasport.

Ir-reazzjoni inizjali kienet pożittiva ħafna u l-prestazzjoni tagħhom hija waħda inkoraġġanti. Fl-Italja, għawwiema kienu kuntenti ħafna bl-effikaċja ta' dawn ix-xbieki tant li ftit ġranet wara konna diġà qed nirċievu talbiet minn sidien oħra ta' bajjiet u lukandi biex jiżdiedu installazjonijiet ta' dan it-tip! Nixtiequ nirringrazjaw l-awtoritajiet lokali kollha għall-assistenza tagħhom f'dan il-proġett.

Kors ta' taħriġ fil-Kulleġġ ta' Pierre Mendès France, Mutuelle ville bejn is-26 u t-28 ta' Mejju 2015

Fil-bidu tas-sajf tal-2015, it-tim Tuneżin tal-proġett Med-Jellyrisk organizza żewgt iġranet ta' taħriġ għall-istudenti tal-kulleġġ ta' Pierre Mendes France Mutuelle ville. Din kienet opportunita` tajba għal dawn l-istudenti biex jiskopru l-baħar Mediterran kif ukoll it-tipi l-aktar komuni ta' bram f'dan il-baħar. L-istudenti setgħu ukoll iniżżlu l-application Medjelly biex biha jikkontribwixxu għall-kampanji ta' Citizen Science billi jibgħatu l-kummenti tagħhom kif ukoll l-avvistamenti ta' bram fil-kosti Tuneżini.

Kors ta' Taħriġ fil-proġett Med-Jellyrisk, Tunisia - Mejju 2015

Fil-bidu tas-Sajf 2015, fil-kooperazzjoni ma' ATUTAX, Med-Jellyrisk se jkollu kors ta'  taħriġ dwar "It-tassonomija, monitoraġġ u l-ekoloġija tal-bram" fit-22 ta' Mejju, 2015. Dan se jsir fil-Kamra tal-Kultura ġewwa Hammam-lif, it-Tuneżija. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur il-websajt li ġejja: http://www.cbd.int/idb/2015/celebrations/tn/

Disclaimer: Dan il-websajt ġie prodott bl-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea taħt il-ENPI CBC Mediterranean Sea Basin Programme. Il-kontenut ta' din il-websajt huwa r-responsabbiltà unika tal-Marine Science Institute (CSIC, Spain -implementing partner) u ma jistax taħt l-ebda ċirkostanzi jkun meqjusa bħala li jirrifletti l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea jew ta' strutturi tal-ġestjoni tal-Programm.

Dikjarazzjoni: L-ENPI CBC Mediterranean Sea Basin Programme 2007-2013 hija inizjattiva ta' koperazzjoni multilaterali iffinanzjat mill-European Neighbourhood and Partnership Instrument (ENPI).L-għan tal-Programm huwa li jippromwovi l-proċess ta' kooperazzjoni sostenibbli u armonjuż fil-livell Baċir tal-Mediterran billi jittratta l-isfidi komuni ta' dan iir-reġjun u jssaħħaħ il-potenzjal endoġenu tagħha. Il-proġett jiffinanzja proġetti ta 'kooperazzjoni bħala kontribuzzjoni għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali, ambjentali u kulturali tar-reġjun tal-Mediterran. Il-14-il pajjiż li ġejjin jipparteċipaw fil-Programm: Ċipru, l-Eġittu, Franza, il-Greċja, l-Iżrael, l-Italja, il-Ġordan, il-Libanu, Malta, l-Awtorità Palestinjana, il-Portugall, Spanja, is-Sirja, it-Tuneżija. Il-Joint Managing Authority (JMA) huwa l-Reġjun Awtonomu ta' Sardinja (l-Italja). Il-lingwi uffiċjali tal-program huma l-Għarbi, l-Ingliż u il-Franċiż.

Stqarrija mill-Ewropea Unjoni: L-Unjoni Ewropea hija magħmula minn 27 Stat Membru li ddeċidew li gradwalment jgħaqqdu flimkien l-għarfien tagħhom, r-riżorsi u l-futur tagħhom.Flimkien, matul perjodu ta' tkabbir ta' 50 sena, huma bnew żona ta 'stabbiltà, demokrazija u żvilupp sostenibbli filwaqt li nżammet id-diversità kulturali, it-tolleranza u l-libertajiet individwali. L-Unjoni Ewropea hija impenjata għall-qsim tal-kisbiet u l-valuri tagħha ma 'pajjiżi u popli lill' hinn mill-fruntieri tagħha.